*vip gossips min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tħassib għal Robbie Williams ... ilu ma jidher fil-pubbliku għal tliet xhur

16 ta' Settembru, 2008 11:41 CET

Id-dinja tal-ispettaklu tinsab imħassba għall-fatt li l-kantant Robbie Williams ilu ma jidher fil-pubbliku għal dawn l-aħħar tliet xhur. Rapporti fuq tabloids internazzjonali qed isostnu li l-aħħar li Williams deher fil-pubbliku kien f'Ġunju li għadda, **** għal jumejn konsekuttivi deher jiddeverti fi stabbilimenti tad-divertiment. Minn dakinhar, jirrapporta Daily Star, il-kantant ta' 34 sena "ssakkar" fir-residenza tiegħu f'Los Angeles mat-tfajla Ayda Field.

Robbie Williams ma marx lanqas għall-MTV Video Awards, li sar ftit bogħod minn fejn joqgħod, u l-aħħar darba li deher fuq il-mezzi tax-xandir kien f'messaġġ irrekordjat għal attivita' tal-karita'. Dakinhar, kien evidenti li żied il-piż u anke ħalla l-leħja. Kumment partikolari li ddomina fuq sit elettroniku kien ta' ammiratur ta' Williams, li qal li l-kantant deher imdejjaq u tilef l-enerġija.

Konxji mill-istat mentali fraġli, ħafna ammiraturi qed jibbumbardjaw siti elettroniċi b'kummenti ta' kuraġġ ħalli Robbie jirritorna lura b'tours. Dan wara li fl-2006 kellu jwaqqaf ħesrem tour li kien qed jagħmel fl-Asja minħabba rapporti ta' stress u għejja.

Bookmark Print page Email page

Tħassib għal Robbie Williams ... ilu ma jidher fil-pubbliku għal tliet xhur
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
DiCaprio reġa' waħdu?

Bartosz Romanczuk
19 ta' Settembru, 2008 12:44 CET Milli jidher, l-attur Leonardo DiCaprio m'għadux mal-mudella Iżraeljana Bar Refaeli. Skond il-medja Amerikani, il-koppja ilha ma tiltaqa minn Ġunju li għadda, u mhux hekk biss, skont informatur tal-In Tounch magazine, dan l-aħħar, DiCaprio kien qiegħed fil-preżenza ta' ftit studenti tfajliet sbieħ..xtralhom koktails u drinks u fl-aħħar ħallas il-kont hu, dan skond l-informatur.
Milli jidher DiCaprio mhux kapaċi jgħix f'relazzjoni twila, imma nistgħu naraw li mhux waħdu speċjalment jekk inħarsu lejn il-ħajja privata ta' George Clooney.

1992008124240di%20caprio.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinstab mejjet in-neputi tal-attriċi popolari Jennifer Hudson

maltarightnow.com
28 t' Ottubru, 2008 19:07 CET Il-pulizija fl-Stati Uniti ddentifkaw il-ġisem mejjet ta' tifel ta' 7 snin f'karozza f'Chicago bħala dak tan-neputi tal-attriċi popolari Jennifer Hudson.
In-neputi tal-attriċi bl-isem ta' Julian King kien ilu nieqes minn **** omm l-attriċi u ħuha nstabu mejta fid-dar tagħhom f'Chicago. S'issa l-pulzija ma jinsabux f'pożizzjoni li jgħidu kif jew **** miet dan t-tifel u s'issa ħadd mhu qed jiġi investigat.
Il-Ħadd li għadda Jenifer Hudson, mgħarufa l-aktar għal sehem tagħha fil-film Sex And The City, offriet 100 elf lira sterlina għar-ritorn qawwi u sħiħ tan-neputi tagħha.

26102008183038jennifer_hudson.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP Gossip Imut il-kittieb Michael Crichton: flimkien ma' Spielberg ħoloq ''Jurassic Park''

Simon CASSAR
6 ta' Novembru, 2008 09:05 CET Il-kittieb Michael Crichton miet fid-dar tiegħu f'Los Angeles, fl-eta' ta' 66 sena. Skont membri tal-familja tiegħu, Crichton kien qed ibati għal dan l-aħħar żmien mill-marda ta' kankru. Minbarra kittieb, Michael Crichton kien ukoll direttur u produttur ċinematografiku, fost l-oħrajn, u anke ħadem flimkien ma' Steven Spielberg biex inħoloq "Jurassic Park". Minbarra li kiteb numru ta' rumanzi, Crichton kien ukoll kittieb ta' numru ta' serje televiżivi, fosthom "E.R.", li tant kisbu popolarita' fuq it-televiżjoni.

jurassic_crichton_296.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kif kien l-istunt acting fis-snin tletin? Ara l-filmat

Simon CASSAR
12 ta' Diċembru, 2008 11:55 CET Dawk li jħobbu l-films ta' azzjoni, żgur li jibqgħu skantati kif ċerti atturi famużi jagħmlu azzjonijiet daqstant perikolużi għal ħajjithom ... bħal joħorġu minn xi ħġieġa, jaqbżu minn għoli ta' numru ta' sulari jew jiddendlu. Iżda mhux kulħadd jirrikonoxxi li dawk l-artist f'dawk ix-xeni jkun attur tal-istunts, li xogħlu jkun speċifikament dawk ix-xeni perikolużi.
Għal min kien jaf x'inhu sehem l-istunt actors fil-films, ftit jista' jimmaġina li dan l-istess xogħol ilu jsir għal ħafna snin, **** t-teknoloġija ma kinitx dik li nafuha llum. Iżda filmat imxandar fuq l-internet juri stuntman fl-aħjar xeni tiegħu fis-snin tletin. Ir-raġel jidher ħiereġ minn daru wara ikla għaġin ... imbagħad jibda l-ispettaklu ta' dan l-artist, li ftit hu magħruf dwaru, tant li l-filmat lanqas biss jidentifika x'jismu.
Ara l-filmat
12122008115441Stuntman%20Snin%20Tletin.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
mut id-drammaturgu Harold Pinter

Carl FARRUGIA
26 ta' Diċembru, 2008 10:48 CET Harold Pinter, drammaturgu u premju Nobel, miet fl-eta ta' 78 sena. Pinter kiteb 'il fuq minn 30 produzzjoni teatrali u ddomina x-xena teatrali fir-Renju Unit mis-snin 50. Hu rebaħ il-Premju Nobel għall-letteratura fl-2005. Fost l-aktar xogħlijiet tiegħu hemm The Caretaker, The Birthday Party, The Homecoming u Betrayal.

Tifel ta' ħajjat Lhudi, Pinter, twieled fl-10 ta' Ottubru 1930 f'Hackney, kwartier popolari f'Londra. **** rebaħ il-Premju Nobel fl-2005 kien marid wisq biex imur jiġbor il-premju f'Stokkolma imma kien uża din l-okkażjoni biex permezz ta' videotape jattakka l-attakki Amerikani u Brittaniċi għall-involviment fil-gwerra tal-Iraq.


26122008104728pinter.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Imut it-tifel ta' John Travolta

maltarightnow.com
4 ta' Jannar, 2009 12:19 CET Fil-Bahamas, żewg patologisti se jagħmlu l-awtopsja fuq iben John Travolta. Jett Travolta ta' sittax-il sena miet fid-dar tas-sajf tal-familja fi Grand Bahama. Il-ġuvni instab mejjet wara li sofra attak tal-qalb u ħabat rasu mal-banju. Ta' sentejn il-ġuvni beda jsofri minn kundizzjoni imsejħa Kawasaki li twassal għall-infjammazzjoni tal-vini fit-tfal żgħar. Il-kawża eżatta tal-mewt se tkun magħrufa sa għada filghaxija wara li tkun saret l-awtopsja fuq il-ġuvni. Missier il-ġuvni, l-attur John Travolta għandu erbgħa u ħamsin sena u miżżewweġ lill-attriċi Kelly Preston ta' sitta u erbgħin sena. Jett kien it-tifel il-kbir tagħhom. Huma għandhom tifla ta' tmien snin Ella Bleu.

412009121820jett%20travolta.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP GossipJohn Travolta rikattat

maltarightnow.com
24 ta' Jannar, 2009 09:39 CETĦafna persuni famużi jafu li n-nuqqas ta' privatezza hu wieħed mill-prezzijiet li trid tħallas għall-fama. Iżda għal John Travolta, il-fama tiegħu mhux biss wasslet biex il-mewta traġika ta' ibnu Jett qrib l-Ewwel tas-Sena tixxandar mad-dinja kollha iżda wasslet ukoll biex nies bla skrupli jipprovaw jagħmlu qliegħ minn dan il-mument diffiċli għall-attur. Fil-fatt, il-pulizija ta' Bahamas arrestat żewġ persuni fuq akkużi ta' rikatt fil-konfront ta' John Travolta. Dawn huma Tarino Lightbourne, li kien fl-ambulanza li ħadet lil Jett l-isptar u Pleasant Bridgewater, li hi senatriċi fil-Bahamas. L-awtoritajiet ma tawx dettalji dwar ir-rikatt iżda mezzi tax-xandir kienu qed jispekulaw li John Travolta kien mhedded li jekk ma jħallasx 20 miljun dollaru, ir-rikattaturi kienu se jippublikaw rittratti tal-ġisem mejjet ta' Jett Travolta.


addthis_url = location.href; addthis_title = document.title; addthis_pub = 'abakus';
24120099395john_travolta.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP Gossip Michelle Obama fuq il-faċċata tal-magażin Vogue

Carl FARRUGIA
15 ta' Frar, 2009 11:49 CET Il-mara tal-President Barack Obama, Michelle, se tidher fil-faċċata tal-magażin tal-moda Vogue. Din hija t-tieni darba li mara ta' President Amerikan wara li Hillary Clinton dehret fl-1998. Michelle li kienet ttieħdulha ritratti bi ħwejjeġ li għażlet hi qalet li taf li l-ħwejjeġ li tilbes huma dejjem taħt skrutinju. Hi qalet li mhix se tippretendi li ma tagħtix kas imma fl-istess ħin trid tkun prattika.

Il-fotorgrafa Annie Leibovitz ħadet ritratti tas-sinjura Obama b'libsa tal-ħarir kulur magenta iddiżinjata minn Jason Wu li se jidher fil-faċċata tal-magażin. Din hi t-tieni darba li libset libsa ta' dan id-diżinjatur wara l-libsa li libset fil-ballu inawgurali fl-20 ta' Jannar. Fl-intervista ma' Vogue hi tkellmet dwar ir-rwol tagħha bħala vuċi soċjali. Hi qalet li d-divertiment fil-White House għandu juri l-uċuħ kollha tal-kultura Amerikana. Il-Komunita' Latina, il-komunita' Asjatika-Amerikana, dik Afro-Amerikana, il-hip-hop u l-lingwa mitkellma. Hi qalet wkoll li jekk hu possibli se tibqa' twassal lill-uliedha Malia u Sasha l-iskola.
1522009114911michelle%20vogue.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP Gossip L-operazzjoni fuq Robin Williams ''irnexxiet''


25 ta' Marzu, 2009 12:19 CET Irnexxiet kif kien mistenni l-operazzjoni fuq l-attur Amerikan Robin Williams. Din kienet l-ewwel reazzjoni tat-Tim Mediku, li opera lil Williams f'qalbu, wara li l-attur kien ħass uġigħ qawwi fil-5 ta' Marzu li għadda. Dakinhar hu kien jinsab Florida għal provi ta' spettaklu teatrali.
Wara l-operazzjoni, t-Tobba komplew jispjegaw li Robin Williams, li għandu 57 sena, jkun jista' jirritorna fil-pubbliku madwar xahrejn oħra għax dakinhar qalbu terġa' tkun "b'saħħitha" u b'hekk "ikun jista' jgħix ħajja normali mingħajr limitazzjonijiet".
2532009121926Robin%20Williams%20Ha%20Ha%20Ha.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Paul McCartney u Ringo Starr idoqqu flimkien fi New York


5 t' April, 2009 19:37 CET L-uniċi żewġ membri tal-Beatles li għadhom ħajjin, Paul McCartney u Ringo Starr, taw wirja flimkien bl-iskop li jinġabru l-flus biex igħinu t-tfal jitgħallmu jagħmlu l-meditazzjoni. Il-wirja saret fir-Radio City Music Hall, fi New York biex jinġabru l-flus għad-David Lynch Foundation, li tippromovi t-tagħlim ta' tip ta' meditazzjoni magħrufa bħala Transcendental Meditation. McCartney u Starr kantaw flimkien “With A Little Help From My Friends.” McCartney daqq kanzunetti oħrajn tiegħu ta' **** kien telaq il-Beatles, inklużi “Jet” kif ukoll oħrajn **** kien mal-grupp, fosthom “Let it Be”, “Lady Madonna” u “Blackbird.”
Waqt dan il-kunċert taw wirjiet anki Sheryl Crow, Eddie Vedder tal-Pearl Jam, Ben Harper u oħrajn. Fl-aqwa tagħhom il-Beatles fis-snin sittin kienu għamlu dak it-tip ta' meditazzjoni popolari madwar id-dinja għaliex kienu jipprattikawh. L-aħħar darba li McCartney u Starr daqqew flimkien kien f'Novembru tal-2002 għall-Concert for George fir-Royal Albert Hall f'Londra. Dan, b'tifkira tal-mewt tal-membru l-ieħor tal-Beatles, George Harrison li kien miet bil-kanċer fl-età ta' 58 sena. Matul il-kunċert ta' New York, kemm McCartney kif ukoll Starr għamlu diversi referimenti għall-membri mejta tal-grupp u daqqew kanzunetti ddedikati lilhom. Starr daqq ukoll żewġ kanzunetti tal-Beatles waħdu, “Yellow Submarine” u “Boys.”
54200919375PIX%20A%203%20cols.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tmut l-attriċi Farrah Fawcett


25 ta' Ġunju, 2009 19:34 CET L-attriċi Amerikana Farah Fawcett, sex symbol tas-sebgħinijiet, mietet fl-età ta' 62 sena wara battalja twila mal-kanċer. Fawcett kienet rinomata mad-dinja bħala protagonista fis-sensiela televiżiva popolari "Charlie's Angels" u kellha karriera twila fil-films fejn spikkat ukoll f'diversi produzzjonijiet għaċ-ċinema.


Imkejjen qrib tal-isptar f'Los Angeles fejn kienet ilha residenti għal dawn l-aħħar jiem ħarġu bl-aħbar ta' mewtha. L-attriċi, li għamlet żmien miżżewġa lill-attur Lee Majors, kienet ilha mill-2006 ikkonfermata marida bil-kanċer.
2562009193413farrah_fawcett.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
IP Gossip Imutu żewġ atturi oħra

L-ISTATI UNITI


Tħabbret il-mewt ta' żewġ atturi li kienu popolari fl-imgħoddi, il-wieħed fl-Istati Uniti u l-oħra fl-Ingilterra.
Fl-Istati Uniti miet fl-età ta' 97 sena, Karl Malden, li kiseb popolarità għal diversi partijiet li ħadem fil-films. Fost dawn hemm, 'A Streetcar Named Desire' u 'On the Waterfront' - żewġ partijiet li għalihom huwa rebaħ l-Oscar. Iżda forsi l-aktar li jiftakruh in-nies kien għall-parti tal-protagonist flimkien ma' Michael Douglas fis-serje televiżiva 'The Streets of San Francisco.' Hu kien magħruf għall-imnieħer kbir li kellu u li kien kiser **** kien żagħżugħ. Malden miet waqt li kien rieqed fir-residenza tiegħu f'Los Angeles. Intqal li f'dawn l-aħħar snin saħħtu kienet batuta ħafna. Ismu proprju kien Mladen George Sekulovich. Hu ħalla warajh lil martu, Mona - li kien ilu miżżewweġ magħha għal 70 sena - u ż-żewġt itfal tagħhom.
Il-mewta l-oħra seħħet fl-Ingilterra u din kienet ta' Mollie Sugden fl-età ta' 86 sena. F'Malta hi l-aktar magħrufa għall-parti fis-serje televiżiva tas-snin sebgħin u tmenin, 'Are Your Being Served' fejn kienet taħdem il-parti ta' Mrs Slocombe.
272009193225Karl%20Malden%20Mollie%20Sugden.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Noel Gallagher jitlaq lil Oasis

Carl FARRUGIA
29 t' Awwissu, 2009 11:16 CET Il-kitarrista u l-kittieb tad-diski Noel Gallagher telaq lill-grupp Oasis. Dan tħabbar wara wara li l-bieraħ tħassar fl-aħħar minuta l-parteċipazzjoni tagħhom fil-festival Rock En Seine f'Pariġi. Gallagher qal li huwa b'dispjaċir u serħan li se jitlaq lil Oasis. Hu qal li n-nies jgħidu li jridu imma ma jistax jkompli jaħdem ma' ħuħ Liam.

Ħu Noel u l-kantant prinċipali Liam Gallagher ħolqu l-band fl-1991 flimkien ma' Paul Arthurs, Paul McGuigan u Tony McCaroll. Ftit wara daħal magħhom Noel. L-aħwa Gallagher huma dawk li l-iktar ilhom fil-band. Il-parteċipazzjoni fil-festival Rock Am See f'Konstanz, Ġermanja s-Sibt u fil-festival I-Day f'Milan, il-Ħadd ġew ikkanċellati.



2982009111613arts-graphics-2007_1176403a.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP Gossip L-ISTATI UNITI
It-tifla tal-eks President Bush għal fuq it-televiżjoni


1 ta' Settembru, 2009 18:34 CET Jenna Bush Hager, waħda miż-żewġt ibniet tal-eks President Amerikan George W Bsuh, se tibda taħdem ta’ ġurnalista fi programm ma’ stazzjon tat-televiżjoni Amerikan. L-isem tal-programm hu “Today”, u jixxandar fuq l-istazzjon Amerikan NBC.


Hager, li għandha 27 sena, se tibda l-ħidma tagħha mal-NBC fl-14 ta’ Settembru. Hager fl-2005 kienet bdiet taħdem bħala għalliema f’Washington u ħadmet ukoll mal-UNICEF, fejn marret fl-Amerika Latina u l-Karibbew bħala parti minn ħidma dwar it-tfal fqar fir-reġjun. Bħalissa, hi tokkupa kariga mal-UNICEF.


Hager ukoll kitbet żewġ kotba li kienu bestsellers fl-Istati Uniti, “Ana’s Story: A Journey of Hope”, storja li ġrat tassew ta’ omm ta’ 17-il sena mill-Amerika Latina u li hi marida bil-HIV, kif ukoll “Read All About It”, ktieb bl-istampi li kitbet flimkien ma’ ommha, l-eks First Lady Laura Bush. Hi kitbet ukoll stejjer għal The New York Times u l-magazine CosmoGIRL.


192009183345jennabush1.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP Gossip L-ITALJA
Imut il-preżentatur Taljan Mike Bongiorno

Carl FARRUGIA
8 ta' Settembru, 2009 14:54 CET Miet il-preżentatur Taljan tar-Ruota della Fortuna, Mike Bongiorno, b'attakk tal-qalb fid-dar tiegħu f'Montecarlo fl-età ta' 85 sena. Huwa kien jinsab f'vaganza qabel ma kien se jibda programm tat-televiżjoni fuq stazzjon Taljan.

Michael Nicholas Salvatore Bongiorno magħruf aħjar bħala Mike Bongiorno, twieled New York fis-26 ta' Mejju 1924 minn omm minn Turin u missier Italo-Amerikan. **** kien tifel huwa ttrasferixxa ruħu f'Turin biex jistudja fejn matul it-tieni gwerra dinjija ingħaqad mal-Partiġġjani, fejn grazzi għall-Ingliż li kien tgħallem ġie impjeġat sabiex jikkomunika mal-alleati. Huwa għamel seba' xhur f'ħabs f'San Vittore wara li ġie maqbud min-Nażi fejn ġie trasferit fil-kamp ta' konċentrament ta' Bolzano u wara dak ta' Mauthausen fejn ġie salvat permezz ta' tpartit bejn il-Ġermanja u l-Istati Uniti.

Fl-1946 beda jaħdem f'New York mar-rajdu fejn fl-1953 irritorna l-Italja sabiex jaħdem fit-televiżjoni li kien għadu se jibda. Filfatt huwa kien wieħed mill-ewwel preżentaturi fejn fit-3 ta' Jannar 1954 beda bil-programm 'Arrivi e partenze'. Huwa kompla l-karriera fit-televiżjoni b'diversi programm fosthom 'Ruota della Fortuna', 'La Fiera dei sogni' u Giochi in famiglia'. Huwa kien ippreżenta l-programm 'Ruota della Fortuna' bejn l-1989 u l-2003.

L-Italja tinsab f'luttu kbir fil-mewt ta' dan il-personaġġ famuż.


8920091542mike_bongiorno01g.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Bruce Willis f'Malta għal żjara qasira

Neil CAMILLERI / Ingrid FENECH
3 t' Ottubru, 2009 19:34 CET L-attur ċelebrità ta' Hollywood Bruce Willis jinsab Malta mal-mara tiegħu Emma Heming biex iżuru xi familjari tagħha. Heming hi mwielda f'pajjiżna. L-attur wasal Malta matul il-lejl bejn ilbieraħ u llum abbord jet privat minn Pariġi.
Dan is-sit irnexxielu jakkwista żewġ ritratti li tieħdu mal-wasla ta' Willis minn xi persuni fl-ajruport. Ikkuntattjajna wkoll lil omm il-mara tiegħu, li qalet li ż-żjara tal-koppja hi waħda privata ħafna, filwaqt li rrifjutat li tagħti aktar kummenti.
Minn investigazzjonijiet li għamel dan l-istazzjon jirriżulta li Emma Heming xtrat villa fil-kampanja Maltija fl-2004. F'Marzu li għadda Bruce Willis, li kien għamel tlittax-il sena miżżeweġ lill-attriċi Demi Moore, iżżewweġ lill-mudella Emma Heming, li twieldet Malta fit-18 ta' Ġunju 1978, għalkemm trabbiet F'Londra.
Din mhux l-ewwel darba li Bruce Willis żar il-gżejjer Maltin, għalkemm iż-żjarat tiegħu normalment jinżammu mistura. Willis, li għandu 54 sena u twieled il-Ġermanja, ħa sehem f'iktar minn 81 film, bl-iktar popolari probabbilment ikun il-film Die Hard. Films oħra notevoli tal-attur huma the Fifth Element, Armageddon, Hart's War u Tears of the Sun.
Normalment, Bruce Willis, jirreċta partijiet ta' xi kriminal sarkastiku jew inkella eroj li sal-aħħar tal-film jispiċċa kollu mbenġel jekk mhux maqtul. Tar-rwoli tiegħu f'dawn il-films hu kkalkulat li Willis qala iktar minn żewġ biljun dollari u nofs f'paga.
310200919468WILLIS%20MALTA.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP Gossip L-ISTATI UNITI
Titlob l-estradizzjoni ta’ Roman Polanski


L-Istati Uniti talbet formalment lill-Iżvizzera biex testradixxi lid-direttur tal-films Roman Polanski li fl-1977 kien ħarab minn Kalifornja biex ma jispiċċax ikkundannat dwar akkużi ta’ sess ma’ tifla minorenni. Intant, id-Dipartiment tal-Ġustizzja Żvizzeru suppost li jiddeċiedi rigward l-estradizzjoni fuq il-bażi ta’ smigħ u informazzjoni pprovduta mill-avukat ta’ Polanski.


Stqarrija mill-istess Dipartiment sostniet ukoll li Polanski, imbagħad, ikun jista’ jappella kontra d-deċiżjoni lill-Qorti Kriminali Federali tal-Iżvizzera u - bħala rikors tal-aħħar - lill-Qorti Suprema Federali fi Zurich. Polanski, rebbieħ tal-Oscar għall-Aħjar Direttur, għandu ċittadinanza doppja Franċiża u Pollakka. Dan ir-raġel ta’ 76 sena kien spiċċa arrestat fuq talba tal-Istati Uniti **** fis-26 ta’ Settembru li għadda kien mar l-Iżvizzera biex jirċievi unur waqt festival tal-films.


Il-“ħarba” ta’ Polanski mill-Istati Uniti, 32 sena ilu, seħħet ftit qabel kellu jingħata sentenza mill-qorti b’konnessjoni ma’ relazzjonijiet sesswali illegali bejnu u tifla ta’ tlettax-il sena.


2010200919306roman-polanski.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-album ta' Susan Boyle fil-quċċata

Bartek Romanczuk
30 ta' Novembru, 2009 12:29 CET L-album tal-kantanta Ingliża Susan Boyle jinsab fl-ewwel post fiċ-charts tar-Renju Unit. Boyle, mara ta' 48 sena li kisbet it-tieni post fil-'Britain's Got Talent' irnexxielha tbiegħ 410,000 kopja ta' l-album 'I Dreamed a Dream' biex fl-istess ħin għelbet kantanti ta' fama internazzjonali bħal fosthom Leona Lewis, Lady GaGa u Rihanna.
L-artist tal-mużika pop, Simon Cowell stqarr li huwa kburi b'dak li wettaq u qal li hi Boyle għamlet dak li xtaqet u l-ħolma tagħha saret realta'. Boyle qalet li l-aħbar li l-album tagħha kiseb il-quċċata taċ-charts kienet 'fantastika'. Dan l-album mistenni jilħaq il-quċċata taċ-charts Amerikani ukoll. Simon Cowell qal li l-Britain's Got Talent wera' 'l Boyle lid-dinja u d-dinja issa saret tħobba u għalhekk l-album tagħha qed jinbiegħ daqstant tajjeb minkejja li għadha tibda.
Fil-bidu tal-karriera tagħha Boyle kellha problemi psikoloġiċi biex tgħeleb il-fama internazzjonali u f'Ġunju ddaħlet il-klinika The Priory wara li soffriet attakk ta' ansjeta' wara l-finali tal-Britain's Got Talent fejn tilfet kontra ż-żeffiena 'dance troupe Diversity' u tilfet ukoll numru ta' wirjiet live tal-Britain's Got Talent minħabba 'għejja'. Simon Cowell li jieħu ħsieb il-programm Britain's Got Talent u li ħareġ bl-idea tiegħu ammetta li kien hemm żbalji fil-mod ta' kif ħadu ħsieb il-fama internazzjonali ta' Boyle li żdiedet malajr ħafna.
30112009122925Susan%20Boyle.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP Gossip L-awtopsja tal-attriċi Amerikana Brittany Murphy fis-sigħat li ġejjin

MaltaRightNow.com
21 ta' Diċembru, 2009 12:14 CET Mistennija ssir fis-sigħat li ġejjin l-awtopsja fuq l-attriċi Amerikana ta' 32 sena, Brittany Murphy li mietet il-Ħadd filgħaxija fid-dar tagħha f'Los Angeles, fl-Istati Uniti. Dan minkejja l-oġġezzjonijiet tar-raġel tal-attriċi, l-Ingliż Simon Monjack.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li Murphy mietet wara attakk tal-qalb. Kienet ommha, Sharon, li, għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħodu, ħin Amerikan, sabet lill-attriċi mitlufa minn sensiha fil-kamra tal-banju. Sagħtejn wara, hi kienet dikjarata mejta f'Cedars-Sinai Medical Center. Rapporti f'mezzi tax-xandir fl-Istati Uniti qed isostnu li fid-dar tal-attriċi nstabu numru sostanzjali ta' mediċini bir-riċetta tat-tabib - liema riċetti kienu miktuba għall-attriċi, żewgha u omm Brittany stess.
Jidher li l-attriċi kienet tbati mill-kundizzjoni tad-dijabete imma mill-istħarriġ li sar s'issa jidher li ma kienx dan li wassal għall-mewt tagħha.
brittany_murphy.jpg
 
Top