*vip gossips min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tispiċċa r-relazzjoni bejn Jennifer Aniston u John Mayer
aħbarijietdotcom
14 t' Awwissu, 2008 09:53 CET

Skond rapport li qed jidhu fuq il-midja internazzjonali, l-attriċi Jennifer Aniston m’għadhiex toħroġ mal-mużiċist John Mayer. Dan wara li dan ta’ l-aħħar waqqaf ir-relazzjoni għax ma kienx qed iħossu lest għal relazzjoni serja.

Artiklu li deher fuq is-sit Mirror.co.uk qed jallega li l-koppja għall-ewwel iddeċidiet biex tieħu brejk minn xulxin forsi jsolvu l-problemi ta’ bejniethom. Minn naħa l-oħra, din il-mossa ma tantx għamlitilhom ġid peress li Mayer mid-derha waqqaf ir-relazzjoni.

Sorsi qrib tal-koppja qed jgħidu li din id-deċiżjoni ġiet ftit tal-ġimgħat biss qabel ma’ Aniston u Mayer kienu ħa jiddeċiedu sabiex jiżżewġu
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Futur sabiħ għall-attriċi Emma Watson

aħbarijietdotcom
16 t' Awwissu, 2008 10:44 CET L-attriċi Emma Watson, li ħafna jafuha bħala Hermione Granger fis-sensiela ta' films ta' ‘Harry Potter' żgur illi għandha biex tifraħ hekk kif għadha kif għaddiet mill-eżamijiet ta' l-A levels tagħha.
Skond messaġġ li ġie ppubblikat fuq is-sit tagħha Granger għaddiet bl-għola marka possibli fi tliet suġġetti li kiener speċjalizzat fuqhom. Mid-dehra skond sorsi qrib ta' l-attriċi, din ma tantx kienet xi ħaġa faċli għall-attriċi biex tistudja. Filfatt ħafna kienu jgħidu li waqt li kienet qegħda taħdem fuq l-iffilmjar ta' Harry Potter, kellha ħinijiet partikolar fejn hija kelha tistudja biex b'hekk tlaħħaq ma' kollox.
Apparentament, Watson isa qed taħsibha jekk tmurx l-universita' biex tkompli l-studji tagħha. Minn naħa l-oħra din m'għadniex tkun problema mal-produtturi tal-film ta' Harry Potter hekk kif dawn diġa qalulha li jistgħu jmexxu l-filming ma' l-istudji tagħha.
S'issa Emma Watsn diġa qalgħet madwar £10.5 miljun għal ħames films ta' Harry Potter li ħadmet s'issa fihom. Apparti minn hekk, hija diġa ffirmat kuntratt ta' £2.5 miljun.
1682008104346emma-watson.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Christian Bale ma jitressaqx il-qorti wara ġlieda familjari

aħbarijietdotcom
18 t' Awwissu, 2008 10:14 CET L-attur Christian Bale mhuwiex ser jiġi mressaq il-Qorti wara li ġie rrapurtat li hu allegatament attakka lill-ommu u oħtu.

Il-każ seħħ ix-xahar li għadda **** l-attur safa arrestat wara li allegatament attakka l-familjari tiegħu waqt li kienu qegħdin f’kamra fil-lukanda Dorchester f’Londra. Minn naħa l-oħra, wara numru ta’ investigazzjonijiet l-Pulizija stqarret illi m’hemmx provi biżżejjed sabiex iressqu l-Qorti lill-attur.

Bale bħalissa qed jidher fil-film ‘The Dark Knight’ fejn fih qiegħed jilgħab il-parti ta’ Batman.
247200891516Christian_Bale.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ġest nobbli fil-konfront tat-tifla ta’ Heath Ledger

aħbarijietdotcom
19 t' Awwissu, 2008 12:54 CET L-atturi li ħadmu flimkien ma’ Heath Ledger fuq l-aħħar film li kien qed jaħdem qabel ma’ miet, għamlu ġest nobblie hekk kif qablu f’daqqa li l-paga li qalgħu minn dan il-film jagħtuha lit-tifla ta’ Heath.
Johnny Depp, Colin Farrell u Jude Law ħadu dan il-pass wara li saru jafu li t-tifla li Heath kellu flimkien ma’ Michelle Williams, Matilda, ma kinietx fit-testament tiegħu. Dan ġara peress li l-attur kien għamel it-testament qabel ma’ twieldet it-tifla.
Id-direttur tal-film li fih ħadmu kollha, ‘The Imaginarium of Dr. Parnassus’, Terry Gilliam ikkonferma li dan huwa minnu. Huwa sostna li l-atturi ma ħasbuhiex darbtejn sabiex jieħdu din id-deċiżjoni wara li kienu nkwetati fuq il-futur tat-tifla.
722008115026heathledger.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Problemi bejn Katie Holmes u Tom Cruise

aħbarijietdotcom
20 t' Awwissu, 2008 09:45 CET Numru ta’ għajdut qed jiġru fejn qed jallegaw li r-relazzjoni ta’ bejn Katie Holmes u Tom Cruise ma tantx għaddejja minn perijodu sabiħ bħalissa. Filfatt ħafna qed jgħidu li Holmes mhux qed tħossha iktar komda mar-raġel tagħha, fejn bħalissa qed ibati ħafna fil-karriera tiegħu.
Dawn l-għajdut bdew jiġru hekk kif Holmes m’akkumpanjatx lil Cruise waqt avveniment tas-Scientology. Minn naħa l-oħra jumejn biss wara dan l-avveniment, l-attriċi akkumpanjat lir-raġel tagħha waqt il-premiere tal-film ‘Tropic Thunder’, fejn fih huwa kellu parti żgħira.
Sors qrib tal-koppja qal li ż-żwieġ tagħhom ilu sejjer ħażin minn mindu l-karriera ta’ Cruise bdiet sejra lura.
144200885114Tom_Cruise_and_Katie_Holmes.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Amy Winehouse fi ġlieda kontinwa għal saħħitha

aħbarijietdotcom
21 t' Awwissu, 2008 09:25 CET Il-kantanta mimlja talent Amy Winehouse mid-dehra ma tistax teħles mil-problemi fil-ħajja privata tagħha. Dan hekk kif il-kantanta ta’ 24 sena ħa terġa’ tidħol f’ċentru ta’ riabilitazzjoni.
Winehouse hija mistennija tiġi rrikoverata fil-klinika Focus 12 li qegħda f’Bury St. Edmunds, Suffolk. Mid-dehra Winehouse ddeċidiet li tmur f’din il-klinika partikolari peress li qegħda ftit minuti l-bogħod mill-ħabs ta’ Highpoint, fejn bħalissa qiegħed jinżamm arrestat ir-raġel tagħha Blake Fielder-Civil.
Fl-aħħar xhur Winehouse kienet qisha sejra għall-aħjar hekk kif kienet reġgħet bdiet taħdem fuq xi proġetti. Minn naħa l-oħra, l-affarijiet malajr reġgħu ħadu xejra differenti hekk kif ġiet irrikoverata għal diversi drabi l-isptar.
122200893714Amy%20Winehouse%20-%20VIP%20Gossip.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Gwen Stefani ssir omm għat-tieni darba

aħbarijietdotcom
23 t' Awwissu, 2008 09:28 CET Il-kantanta Gwen Stefani għadha kif saret omm għat-tieni darba, hekk kif ilbieraħ kellha it-tieni tifel tagħha li ħa jkun jismu Zuma Nesta Rock. Kelliem għall-familja qal li kemm Gwen u kif ukoll it-tarbija jinsabu f’saħħithom u l-familja kollha tagħhom jinsbau ferħanin f’dan il-mument.
Fil-bidu tat-tqala, Gwen flimkien mar-raġel tagħha Gavin Rossdale ma riedux jikkonfermaw jekk kienx minnu li kienu qed jstennew it-tieni tarbija tagħhom. Minn naħa l-oħra, kollox inkixef hekk kif missier Gavin stess ikkonferma l-aħbar bi żball.
Din hija t-tieni tarbija għal Gwen u Gavin, li ilhom miżżewġin mil-2002.


3012008131652Gwenstefani.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Traġedja għall-attriċi Helena Bonham Carter

aħbarijietdotcom
24 t' Awwissu, 2008 11:13 CET L-attriċi Helena Bonham Carter żgur li mhiex għaddejja minn mument faċli hekk kif erba' membri minn tal-familja tagħha tilfu ħajjithom wara li kienu involuti f'inċident tat-traffiku waqt li kienu fuq vaganza.

Skond rapporti li diġa ħarġu, il-familjari tagħha kienu qegħdin fuq safari s-South Africa **** għal xi raġuni tyre tal-jeep li kienu fuqha nfaqa'. B'konsegwenza ta' dan il-karozza tilfet il-kontroll u ħabtet.

Fost il-membri li mietu hemm omma u n-neputi tagħha ta' 14-il sena. Fortunatament erba' membri oħra li kienu fl-istess karozza salvaw mill-inċident.


2482008111235helena_bonham_carter.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-kantanta Melanie Chisholm tistenna l-ewwel tarbija tagħha

aħbarijietdotcom
25 t' Awwissu, 2008 09:54 CET Il-kantanta Melanie Chisholm, aktar magħrufa bħala Mel C, għadha kif ħabbret li qed tistenna l-ewwel tarbija tagħha.

Il-kantanta kixfet dan f’artiklu li ppubblikat hija stess fuq is-sit tagħha. Melanie qed tistenna din it-tarbija flimkien mal-partner tagħha Thomas Starr, li ilhom flimkien għal dawn l-aħħar sitt snin.

B’din it-tqala Mel C ingħaqdet ma’ sħabha l-oħra tla-grupp Spice Girls, fejn sal-lum il-ġurnata hija kienet l-unika waħda fejn ma kienx għad kellha tfal.
53200811439Melanie%20Chisholm.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Imut l-attur Fred Crane

aħbarijietdotcom
26 t' Awwissu, 2008 09:37 CET Matul il-ġimgħa li għaddiet l-attur Fred Crane, li jibqa’ imfakkar għal parti ta’ Brent Tarleton fil-film ‘Gone with the Wind’ miet wara li kellu xi kumplikazzjonijiet bid-dijabete fl-eta’ ta’ 90 sena.

Mal-mewta tiegħu, li seħħet il-Ħamis li għadda, il-mara ta’ l-attur, Terry Lynn Crane, ħarġet stqarrija fejn kixfet xi dettalji fuq il-mewt tiegħu. Minn naħa l-oħra hija ma tatx dettalji kbar.

F’dawn l-aħħar snin l-attur kien qed jgħix f’Barnesville, ftit il-bogħod minn Atlanta, fejn kellhom bed and breakfast bl-isem tal-karattru tiegħu f’’Gone with the Wind’ – Tarleton Oaks.
268200893430fred_crane.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tom Cruise imtella’ l-Qorti minn ħaddiema ta’ film tiegħu

aħbarijietdotcom
27 t' Awwissu, 2008 12:04 CET L-attur Tom Cruise flimkien mal-kumpanija tal-produzzjoni tiegħu ġew imtella’ il-Qorti minn numru ta’ ħaddiema li qed jaħdmu fuq l-aħħar film ta’ Tom Cruise wara li dawn kienu nvoluti f’inċident waqt il-ġbid ta’ l-aħħar film tiegħu.
Dawn il-ħaddiema, b’kollox 11 li qegħdin jaħdmu fuq l-aħħar film tiegħu. Kienu involuti f’inċident fuq trakk. Li ġara kien li waqt li dawn l-extras kienu qegħdin jivvjaġġaw fuq dan it-trakk, il-bieba ta’ wara infetħet hekk kif kienu qegħdin iduru kantuniera bil-konsegwenza li waqgħu u ġarbu xi feriti.
Ariane Bluttner, li hija l-avukata ta’ dawk involuti fl-inċident, qalet li l-produzzjoni kellha tieħu iktar miżuri biex tiżgura li s-sigurta’ tal-ħaddiema tkun waħda tajba. S’issa huma qed jitolbu għal pagament ta’ $11 miljun.
Dan il-film, li għandu l-isem ta’ ‘Valkyrie’, jitratta l-istorja ta’ uffiċjal Ġermaniż fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija li kellu l-ħsieb li joqtol lil Hitler. Minkejja l-fatt li suppost kellu joħroġ f’Lulju li għadda, minħabba numru ta’ problemi li kien hemm waqt il-produzzjoni, issa għandu jiġi maħruġ f’Diċembru.
27820081232Tom_Cruise.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Nicolette Sheridan u Michael Bolton m’għadhomx koppja

aħbarijietdotcom
28 t' Awwissu, 2008 14:47 CET L-attriċi Nicolette Sheridan u l-kantant Michael Bolton m’għadhomx joħorġu ma’ xulxin. Dan wara li kienu ilhom joħorġu ma’ xulxin mill-2005.
Sheridan, li hija katar magħrufha għal parti ta’ Edie Britt fis-sensiela televiżiva ‘Desperate Housewives’, u Bolton kienu diġa joħorġu ma’ xulxin fl-1992. Minn naħa l-oħra, wara ħames snin huma kienu waqqfu r-relazzjoni tagħhom.
Mid-derha l-passat reġa’ irrepata ruħu hekk kif it-tnejn reġgħu ħassru kollox. Ta’ min jgħid li fl-2006 huma kienu ħabbru li ħa jiżżewġu.
Nicole Perna, li hija l-kelliema ta’ Sheridan, qalet li minkejja l-fatt li r-relazzjoni tagħhom waqfet huma xorta waħda għadhom ħbieb.
2882008144624bolton_sheridan.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Imut it-tifel tar-rapper Dr Dre

aħbarijietdotcom
29 t' Awwissu, 2008 10:07 CET Ir-rapper Amerikan Dr Dre żgur mhux għaddej minn mument feliċi, hekk kif għadu kif miet it-tifel tiegħu ta’ 20 sena Andre Young Jr.
Iż-żagħżugħ instab iktar kmieni matul din il-ġimgħa fid-dar tiegħu f’Los Angeles, fejn kien diġa mejjet. Skond rapport li ħareġ mill-kelliem tal-familja, apparentament kienet l-omm li sabithu bla ħajja.
Hekk kif ratu f’dik il-kundizzjoni hija mal-ewwel ċemplet għall-għajnuna, iżda dan kien kollu għalxejn. Bħalissa kulħadd qed jistenna ir-rapport mill-Pulizija biex jaraw biex eżattament miet il-ġuvni.
298200810213Dre_Dre.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kate Middleton għal Madame Tussaud

aħbarijietdotcom
30 t' Awwissu, 2008 11:21 CET L-għarusa tal-prinċep ta’ l-Ingilterra William, Kate Middleton ħa tieħu post prominenti fis-soċjeta’, hekk kif il-mużew tant famuż tax-xemgħa il-Madame Tussaud iddeċieda li jagħmlilha statwa.
Sors mill-mużew qal li ilhom għal dawn l-aħħar xhur jaħdmu fuqha. L-istess sors qal li huma ddeċiedew li jibdew jaħdmu fuqha peress li issa qisu kulħadd qed jistenna li minn ġurnata għal oħra jħabbru l-għerusija tagħhom.
Il-Prinċep William u Kate ilhom joħorġu ma’ xulxin mill-2002.
308200811214kate_middleton.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Iktar drama fil-ħajja ta' Amy Winehouse

aħbarijietdotcom
31 t' Awwissu, 2008 10:12 CET Id-drama fil-ħajja ta' Amy Winehouse żgur illi ma jonsux. Dan hekk kif matul l-aħħar xhur mhux l-ewwel darba li ttieħdet l-isptar. Dawn il-problemi kollha f'saħħitha qed jaffetwaw bl-ikrah il-karriera tagħha, hekk kif din il-ġimgħa stess kellha tħassar xow li kellha tagħmel f'Pariġi.
Winehouse kienet mistennija tieħu sehem fil-kunċert Rock En Seine, minn naħa l-oħra il-kelliema tagħha stqarret li minħabba problemi f'saħħitha hija ma setgħatx.
Skond ix-xogħol tagħha, il-kantanta għandha tieħu sehem f'kunċert fuq l-Isle of Man iktar tard matul din il-ġimgħa, iżda ħafna diġa qattgħu qalbhom li l-kantanta mhux ser jirnexxielha tmur.


122200893714Amy%20Winehouse%20-%20VIP%20Gossip.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jibdew jiġru l-għajdut fuq il-film li jmiss ta’ Batman

aħbarijietdotcom
1 ta' Settembru, 2008 08:49 CET Minkejja l-fatt li ftit tax-xhur ilu biss kien ħareġ il-film il-ġdid ta’ Batman ‘The Dark Knight’, l-ammiraturi u kif ukoll numru ta’ kritiċi tad-dinja taċ-ċinema diġa qed jispekulaw fuq il-film li jmiss ta’ din is-sensiela.
Filfatt skond stħarriġ li sar fuq l-internet, mid-dehra in-nies jixtiequ jaraw lil Catwoman bħala l-kattiva li jmiss f’dan il-film. Skond dan l-istess stħarriġ, in-nies jixtiequ jaraw lill-attriċi Megan Fox, li ftit tax-xhur ilu dehret fil-film ‘Transformers’.
Minn naħa l-oħra, id-direttur Christopher Nolan diġa sostna li jekk jagħti l-kas li Catwoman ħa tkun il-film, huwa jixtieq li din il-parti tmur għand l-artista Cher.
Fost atturi oħra li qed jissemmew li jistgħu jieħed sehem hemm Johnny Depp fil-parti ta’ The Riddler u Philip Seymour Hoffman fil-parti ta’ The Penguin.
19200884831the%20dark%20knight.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-attur Jude Law fuq żjara fl-Afganistan

aħbarijietdotcom
2 ta' Settembru, 2008 10:00 CET L-attur Jude Law qiegħed għat-tieni darba iżur l-Afaganistan, sabiex jipprova juża l-fama tiegħu għal kawża ġusta.
Filfatt flimkien mad-direttur tal-films Jeremy Gilley, Law ħa jmorru jkellmu lil President Afgan Hamid Karzai u bosta uffiċjali tal-Ġnus Magħquda. Dan sabiex ifakkru il-Jum Dinji tal-Paċi.
Waqt intervista li ta lill-ġurnalisti fil-belt kapitali tla-post, l-attur qal li waqt il-mawra tiegħu huwa kien impressjonat l-iktar mill-kuraġġ u mit-tama li n-nies joqogħdu hemmhekk għandhom. Huwa kompla jgħid l-Jum Dinji tal-Paċi, li ħa jiġi ċċelebrat fil-21 ta’ Settembru, għandha tkun ġurnata fejn fiha kulħadd jingħaqad għaż-żamma tal-paċi.
29200895740jude-law.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel Kanadiż akkużat li attakka lil Noel Gallagher ta' Oasis

Adrian CAMILLERI
9 ta' Settembru, 2008 14:55 CET Raġel ġie akkużat li attakka lill-kantant u kittieb ta' Oasis, Noel Gallagher waqt kunċert fil-Kanada. Ir-raġel ta' 47 sena, deskritt mill-Pulizija bħala Daniel Sullivan, waqt id-diska Morning Glory, tela fuq il-palk u mbotta lil Gallagher minn wara, filwaqt li dan tilef il-bilanċ u waqa' għal wiċċu mill-palk għal isfel. Oasis kienu qed jieħdu sehem fil-V Festival f'Toronto.

Ir-raġel kien megħlub immedjatament mill-membri tas-sigurta' li kienu preżenti, filwaqt li ħu Noel, Liam, deher sejjer għal Sullivan. Il-membri tal-band imbagħad dehru jħallu l-istrumenti tagħhom u jinżlu mill-palk. Madankollu, ftit wara dawn reġgħu telgħu u komplew bis-set tagħhom.
1922008132154oasis.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kanye u l-bodyguard tiegħu jingħataw il-liberta' proviżorja


12 ta' Settembru, 2008 11:36 CET Wara rapporti li kien arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta' Los Angeles, tħabbar li l-kantant Kanye West ingħata l-liberta' proviżorja fuq garanzija personali. Kanye u membru tas-sigurta' tiegħu kienu arrestati nhar il-Ħamis li għadda wara li allegatament kellu inċident ma' fotografu u kissirlu camera. Rapporti qed jgħidu li Kanye u l-bodyguard inħelsu wara li tħallset garanzija personali ta' $20,000, bil-każ se jkompli jinstema' fit-2 ta' Ottubru.

kanye_west_shades.jpg
 
Top