*vip gossips min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Paris Hilton tqila?

aħbarijietdotcom
19 ta' Lulju, 2008 08:34 CET Skond rapport li deher fuq ir-rivisti Amerikani, l-kantanta u attriċi Paris Hilton hija tqila.
Dawn l-għajdut qed jgħidu li l-eredi tal-Hilton hija tqila wara li tħajjret issir omm wara li l-ħabiba tagħha, Nicole Ritchie, kellha tarbija hi stess
Paris Hilton, magħrufa għal-lejliet twal fid-diskoteki ta' Los Angeles, mid-dehra mhux qegħda tmiss alkoħol bħalissa. Dan qiegħed iwassal biex l-għajdut f'Los Angela jibqgħu jikbru.
Il-bjonda l-iktar magħrufa għal mġieba eċċentrika tagħha u għal miljuni li għandha tiret, qegħda tissemma li se tkun l-aktar omm famuża f'Hollywood.
284200813512Paris%20Hilton%202007.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-futbolers lura mill-vaganzi

aħbarijetdotcom
20 ta' Lulju, 2008 10:59 CET Din il- ġimgħa numru ta' futbolers famużi waslu lura mill-vaganzi tas-sajf tagħhom.
Ma jonqos li dawn il-plejers ma qagħdux id-dar f'dawn ġranet sħan tas-sajf.
Il-plejer l-aktar famuż bħalissa, Cristiano Ronaldo ta' Manchester United, żar il-gżira ta Sardegna flimkien mal-maħbuba tiegħu. Filfatt Ronaldo ġie fotografat fuq jott lussuż flimkien ma' qraba oħra.
Numru ta' plejers tal-Milan marru l-Amerika fil-vaganzi tagħhom. Fosthom kien hemm Paolo Maldini u Andrea Pirlo li marru Miami, filwaqt li d-difensur ta' Inter Marco Materazzi iddeċieda li jieħu l-familja tiegħu New York.
L-aħwa Inzaghi ħadu l-vaganza tagħhom f'Milano Marittima. Simone u Pippo kellhom fil-kumpanija tagħhom Francesco Totti ta' Roma li ħa lil mara Ilary Blasi u żewg t'itfal tagħhom.
Il-manager ta' Man Utd Alex Ferguson mar ir-Riviera Franċiża, viċin Nizza.
2072008105914ball_football.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Inkwiet fil-familja Rooney

aħbarijietdotcom
21 ta' Lulju, 2008 08:49 CET Inkwiet fil-familja Rooney wara li kkanċċellaw it-tieni party taż-żwieġ tagħhom.
Wayne Rooney flimkien mal-maħbuba tiegħu Coleen McLoughlin iżżewġu f'Portofino, l-Italja ftit tal-ġimgħat ilu fi żwieġ li sewa mal-5 miljun sterlina.
Minħabba il-familja kbira ta' Wayne u Coleen, kien ipjannat li ssir ċelebrazzjoni ikbar **** jiġu lura l-Ingilterra għall-familja kollha. Skond gazzetti Ingliżi, dan sar għaliex numru ta' familjari minn naħa ta' Wayne Rooney kienu qegħdin jippjanaw sabiex jagħmlu frakas sħiħ waqt il-festin. Minħabba f'hekk, Wayne u Coleen kienu ddeċiedew li jiċċelebraw iż-żwieg tagħhom **** jiġu lura għall-familja estiża tagħhom.
Minn naħa l-oħra, dan il-pjan tar mar-riħ hekk kif Wayne u Coleen għejjew jiċċelebraw it-tieġ tagħhom u ddeċiedew li jikkanċellaw din iċ-ċelebrazzjoni u jirritornaw lura għax-xoghol. Wayne Rooney bħalissa qiegħed lura training ma' Manchester United, filwaqt li Coleen irritornat għall-karriera tagħha fid-dinja ta' l-ispettaklu.
Mid-dehra din il-kanċellazzjoni xejn ma niżlet tajjeb mal-familjari ta' Wayne u Coleen li ma kienux mistiedna fit-tieġ oriġinali fl-Italja.
22620089331wayne_coleen.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ir-raġel ta' Amy Winehouse jeħel 27 xhar il-ħabs

aħbarijietdotcom
22 ta' Lulju, 2008 14:36 CET F'deċiżjoni mill-Qrati ta' l-Ingilterra li żgur ħa tħalli xi effetti negattivi, ir-raġel ta' Amy Winehouse, Blake Fielder-Civil weħel 27 xhar priġunerija wara li nstab ħati li kkawża feriti gravi lil persuna u talli pproba jikkorrompi n-nies ħalli ma jmurx il-ħabs.
Il-każ imur lura għall-2006 fejn Blake flimkien ma' ħabib tiegħu qabdu jagħtu lil James King. Dan ta' l-aħħar tant soffra ġrieħi gravi li sal-lum il-ġurnata għadu qed jieħu t-terapija.
Hekk kif is-sentenza nqrat mill-Maġistrat, Blake żamm il-kalma u hekk kif kien qed jiġi meħud mill-Pulizija saħansitra daħaq lill-familja tiegħu. Minn naħa l-oħra, waqt din is-seduta spikkat in-nuqqas tal-preżenż ta' Amy Winehouse.
Wara din id-deċiżjoni, ħafna qegħdin jaħsbu li l-kantanta ħa tagħmel xi waħda minn tagħha u li ħa terġa' taqa' għal-vizzju tad-droga.

225200810918Amy_Winehouse3.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tmut l-attriċi Estelle Getty

aħbarijietdotcom
23 ta' Lulju, 2008 13:23 CET L-attriċi Estelle Getty, li tibqa' maħbuba għal parti li kellha fis-serje televiżiva ‘The Golden Girls' mietet it-Tlieta li għaddiet fl-eta' ta' 84 sena.
Getty, illi mietet fid-dar tagħha f'Hoolywood, kienet għal dawn l-aħħar snin tbati minn forma ta' demenzja li kienet ħakmitha serjament.
Mal-mewta tagħha, it-tifel tagħha Carl Gettleman qal li ommu żgur ħa tibqa' imfakkra għal kapaċitajiet tagħha u żgur li bil-partijiet tagħha nisslet tbissima fuq dawk kollha li kienu jaraw is-sitcoms tagħha.
2372008132237estelle_getty_prints.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Problemi għall-attur Christian Bale

aħbarijietdotcom
24 ta' Lulju, 2008 09:15 CET L-attur Christian Bale, li bħalissa għaddej minn mument tajjeb f'dak li għandha x'taqsam il-karriera, għandu kemmxejn tal-problemi fil-ħajja privata tiegħu. Filfatt ftit tal-ġranet ilu, l-attur ġie arrestat bl-akkuża li ħebb għall-ommu u għall-oħtu.
Mid-dehra skond ir-rapporti li dehru s'issa, Bale kien qiegħed f'lukanda mal-familjari tiegħu **** għal xi raġuni qabdu jargumentaw u mbagħad ħebb għalihom. Kien hemmhekk li kellhom jintervjenu l-Pulizija li ħadu l-attur għal interrogazzjoni.
Minkejja l-fatt li l-kelliem tiegħu qal li l-attur ma kienx ħati ta' dawn l-akkużi, fl-istess ħin qed jidhru rapporti fejn qalu li ftit tal-ġranet qabel Bale kien involut f'inċident simili waqt li li kien jaħdem fuq il-film ‘Terminator 4'.
247200891516Christian_Bale.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849

Guy Ritchie jikkummenta fuq iż-żwieġ tiegħu

aħbarijietdotcom
26 ta' Lulju, 2008 13:32 CET Wara numru ta' ġimgħat fejn ir-rivisti internazzjonali bdew jgħidu li ż-żwieġ tal-kantanta Madonna flimkien mad-direttur tal-films Guy Ritchie kien spiċċa, kien imiss lil Ritchie stess illi jitkellem fuq din is-sitwazzjoni. Filfatt waqt intervista qasira li ta lir-rivista People, Ritchie qal li sa fejn jaf hu ż-żwieġ tiegħu ma' Madonna huwa tajjeb, u li m'hemmx problemi bejniethom.
Waqt l-istess intervista huwa qal li peress li l-mara tiegħu hi Amerikana, din għenithu sabiex japprezza iktar kemm il-ħajja tiegħu f'Londra u kif ukoll il-mod ta' ħajja fl-Amerka.
Id-direttur bħalissa jinsab fl-Amerka sabiex jippromwovi l-film tiegħu ġdid 'RocknRolla'. Minn naħa l-oħra, iktar kmieni matul dan ix-xahar huwangħaqad mal-mara tiegħu, fejn kienet qed tipprova għat-tur il-mużikali ġdid tagħha.


2672008133155Madonna_Guy.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Misruq it-telefon ċellulari tal-Prinċep Harry

aħbarijietdotcom
27 ta' Lulju, 2008 09:08 CET Minkejja l-fatt li tkuun famuż u saħansitr prinċep, ma jfissirx li mintiex ser tgħaddi minn avveeturi koroh. Fillfatt hekk ġralu l-Prinċep Harry **** hekk kif kien fi club f'Lesothofl-Afrika, xi ħadd seraqlu t-telefon ċellulari.
Sorsi qrib tal-Prinċep qalu li Harry kien qiegħed f'nightclub flimkien ma' sħabu **** xi ħadd seraqlu l-mobile. Minkejja l-qatgħa inizjali, wara ftit instab il-ħalliel u ġie rrikoverat it-telefon. Skond l-istess sorsi, il-Prinċep ma riedx jagħmel rapport għand il-Pulizija għx għalih l-iktar ħaġa importanti kieet li t-telefon bl-kuntatti kollha tiegħu nstabu.
Bħalissa l-Prinċep f'Lesotho flimkien ma' ħabu biex jagħmel xi xogħol volontarju u biex haħdem fuq xi proġetti ta-karita'.

10320084143Prince%20Harry.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mument ikrah fiż-żwieġ ta’ Sarah Jessica Parker u Matthew Broderick

aħbarijietdotom
31 ta' Lulju, 2008 10:48 CET Għal dawn l-aħħar jiem, nurmu ta’ rivisti internazzjonali bdew jirrapurtaw li ż-żiweġ ta’ bejn l-atturi Sarah Jessica Parker u Matthew Broderick ma kienx għaddej minn mument faċli. Dawn wara li kien hemm xi għajdut li qalu li Broderick kellu relazzjni ma’ mara ta’ 25 sena waqt li l-mara tiegħu kienet qed taħdem fuq il-film ‘Sex and the City’.

Skond rapport li deher fuq dailymail.co.uk, sors qrib tal-koppja qal li ilhom jgħixu ħajjiet separati u li l-unika raġuni għaliex baqgħu flimkien huwa t-tifel tagħhom. Minn naħa l-oħra, sors ieħor stqar li kemm Broderick kif ukoll Parker qed iqiesu dawn ir-rapporti redikoli u li bħal kull koppja oħra huma wkoll ikollhom il-ġranet fejn jiġġieldu.

Minkejja dawn l-għajdut, din il-ġimgħa l-koppja ġew fotografati ma’ xulxin ħerġin minn ġo restorant fi New York.
3172008104516sarah%20jessica%20parker.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Katie Holmes tkeċċi l-familjari ta' Tom Cruise mid-dar tagħhom
aħbariijiedotcom
2 t' Awwissu, 2008 10:59 CET

Skond rapporti li qed jidhru fuq il-midja internazzjonali, Katie Holmes keċċiet lill-omm Tom Cruise filmkien ma' oħtu u t-tfal tagħha mid-dar tagħhom. Dan wara li kienu ilhom joqogħdu magħhom mill-2001, eżattament wara li Tom kien iddivorzja minn ma' Nicole Kidman.

Allegatament l-attriċi ma setgħatx tissaporta tibqa' tgħix magħhom u stqarret ma' Tom illi tixtieq tibda kapitlu ġdid minn ħajjithom fejn id-dar tagħhom tkun verament privata u joqogħdu biss fiha huma t-tnejn, it-tifla tagħhom Suri u t-tfal addottivi ta' Tom Cruise, Isabella u Connor.

Kelliem għall-koppja stqar li dan ma kienx minnu u r-raġuni għaliex il-familjari ta' Tom ma kienux ser jibqgħu kienu oħrajn.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Żwieġ fil-viċin għal Reese Witherspoon u Jake Gyllenhaal
aħbarijietdotcom
3 t' Awwissu, 2008 13:29 CET

Il-koppja tant maħbuba Reese Witherspoon u Jake Gyllenhaal mistennija jiżżewġu iktar tard matul din i-sena. Dan skond rapport li deher fuq ir-rivista Hello Magazine.

Mid-dehra skond sors qrib tal-koppja, Jake kien ilu jsaqsi lil-attriċi sabiex tiżżewġu iżda hija dejjem qalet le. Ir-raġuni kienet li Reese kienet għadha mhiex qed tħosshakomda li terġa’ tiżżewweġ wara ż-żwieġ li kellha ma’ Ryan Phillippes, li flimkien kellhom żewġ’t it-tfal.

Allegatament il-koppja ħa tiżżewweġ f’Diċembru, hekk kif bħalissa jake qed jaħdem fuq il-film ‘The Prince of Persia’.


Żwieġ fil-viċin għal Reese Witherspoon u Jake Gyllenhaal
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-ewwel ritratti tat-trabi ta’ Jolie u Pitt jitilqu għal £8miljun

aħbarijietdotom
4 t' Awwissu, 2008 08:48 CET L-ewwel ritratti ta’ l-aħħar ulied tal-koppja tant ċelebri Angelina Jolie u Brad Pitt qed jdhru dan ix-xahar fir-rivista Hello. Dan wara li r-ritratti inbiegħu għas-somma ta’ £8miljun kemm lil din il-publikazzjoni u kif ukoll lil OK!.
Knox Leon u Vivienne Marcheline twieldu fit-12 ta’ Lulju fi sptar fi Franza.
Ta’ min jgħid li t-twelid tagħhom kien avveniment mistenni ħafna mid-dinja tal-gossip, tant hu hekk li matul it-tqala Angelina Jolie kienet kontinwament fuq ir-rivisti b’xi artiklu fuqha. L-aħħar rapport li kien deher fuq dawn it-trabi kien illi Jolie u Pitt użaw it-teknika ta’ l-IVF sabiex ikunu jistgħu jkollhom it-tfal iktar malajr.
225200814349Brad%20Pitt%20and%20Angelina%20Jolie.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-attur Morgan Freeman involut f’inċident tat-traffiku

aħbarijietdotom
5 t' Awwissu, 2008 12:04 CET L-attur ċelebri Morgan Freeman qiegħed bħalissa jinżamm l-isptar, wara li kien involut f’inċident kemmxejn serju bil-karozza tiegħu. Apparentament Freeman kien qiegħed isuq il-karozza tiegħu **** għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura.

Flimkien miegħu kien hemm ukoll mara, li sabiex jitħarġu mill-karozza kellhom bżonn l-għajnuna. Minkejja l-fatt li Freeman soffra numru ta’ ksur, ħajtu mhux qegħda fil-periklu tal-mewt.

Kelliem għall-Pulizija qal li huma qed jeskludu l-possibbilta’ li Freeman kien qed isuq taħt l-effett ta’ l-alkoħol jew droga. S’issa l-unika raġuni li qed tingħata li setgħat tkun il-kawża hija li Freeman raqad wat li kien qed isuq.
58200812347Morgan_Freeman.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Paris Hilton titħajjar sabiex toħroġ għall-elezzjonijiet Presidenzjali

aħbarijietdotom
6 t' Awwissu, 2008 14:18 CET Wara numru ta’ battibekki bejn il-kandidati għall-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Amerka, kien jonqos biss illi Paris Hilton titħajjar biex tikkandida ruħha.

Filfatt Paris iddeċidiet illi tirrispondi għal riklam kemmxejn kontroversjali tal-kandidat Repubblikan John McCain muri fuq it-televiżjoni fejn fih wera lil Paris Hilton.

Hilton iddeċidiet illi tirripondi lil McCain billi tagħmel vidjo satiriku, fejn fih tgħid illi jekk l-kandidat Republikan uża l-figura tagħha fir-riklami tiegħu dan ifisser li anke hi qed tieħu sehem f’dawn l-elezzjonijiet Presidenzjali.

Ta’ min jgħid li omm Paris Hilton inniffisha ma tantx kienet ferħana bir-riklam ta’ McCain. Aktar kmieni matul dan ix-xahar hija qalet li McCain ma kellux dritt juża l-figura ta’ bintha għal kampanja tiegħu u li b’dan it-tip ta’ riklami kien qiegħed biss jaħli l-flus mogħtija lilu mingħand dawk li jatuh sapport. Ta’ min jgħid li l-ġenituri ta’ Paris kemm il-darba għenew finanzjarjament lil McCain.


284200813512Paris%20Hilton%202007.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Iktar problemi fil-ħajja ta’ Morgan Freeman

aħbarijietdotcom
7 t' Awwissu, 2008 09:31 CET Wara biss ftit ġranet minn **** l-attur Mrgan Freeman kien involut f’inċident tat-traffiku fejn b’konsegwenza tiegħu qed isoffri grieħi gravi, issa sar magħruf li l-attur ħa jiddivorzja minn mal-mara tiegħu, Myrna Colley-Luckett, wara 24 sena żwieġ.

Kelliem għall-attur qal li t-tnejn li huma kienu ilhom għaddejjin bil-proċeduri u filfatt kienu ilhom separati minn Diċembru tas-sena l-oħra.

Għajdut fuq is-sitwazzjoni taż-żwieġ tagħhom bdew iduru hekk kif fil-karozza miegħu fl-inċident kien hemm ukoll mara. Minkejja l-fatt li ħafna rapporti bdew jallegaw li kien hemm relazzjoni bejn l-attur u l-passiġġier, li ġiet identifikata bħala Demaris Meyer, kelliem għall-attur mill-ewwel qal li huma kienu biss ħbieb.
78200893048Morgan_Freeman_wife.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Żwieġ għall-kantanta Rihanna?

aħbarijietdotcom
8 t' Awwissu, 2008 10:00 CET Il-kantanta tal-mużika pop Rihanna żgur li qed tagħti ħafna xogħol lir-rivisti tal-gossip, hekk kif f’dawn l-aħħar jiem dehret li qed tilbes ċurkett li qisu ta’ l-għerusija. Dan beda jkabbar l-għajdut li Rihanna ħa tiżżewweġ il-kantant Chris Brown.
Madanakollu t-tnejn li huma qatt ma kkonfermaw ir-relazzjoni tagħhom. Dan minkejja l-fatt li t-tnejn li huma kemm il-darba ġew fotografati flimkien.
S’issa ħadd minnhom għadu ma kkonferma r-relazzjoni tagħhom, u għadhom isostnu li huma biss ħbieb.
2522008113116Rihanna.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kontroversja fuq riklam ta’ Beyonce

aħbarijietdotcom
9 t' Awwissu, 2008 12:39 CET Il-kantanta tal-mużika pop Beyonce qegħda f’nofs kontroversja, hekk kif ħafna qed jgħidu li f’riklam li ħadet sehem fih il-karnaġjon ta’ wiċċa ġiet iċċarata.

Ir-riklam imsemmi huwa ta’ kumpanija rinomata tal-prodotti tas-sbuħija liema Beyonce ilha tirriklama l-affarijiet tagħhom għal dawn l-aħħar snin. Minn naħa l-oħra, f’dawn l-aħħar jiem ħafna kienu dawk li bdew jgħidu li l-karnaġjon tal-kantanta ġiet iċċarata propju għal waqt dan ir-riklam.

Minn naħa l-oħra oħrajn qegħdin isostnu li dan mhuwiex minnu, u li ħafna fatturi setgħu lagħbu biex inħoloq dak l-effett. S’issa l-kantanta ma ġarħet l-ebda stqarrija.
34200825138Beyonce%20Knowles.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Imut il-kantant Isaac Hayes

aħbarijietdotcom
11 t' Awwissu, 2008 08:54 CET Il-kantant tal-mużika soul Isaac Hayes instab mejjet mautl il-ġurnata tal-Ħadd fid-dar tiegħu stess. Skond l-ewwel rapporti li ħarġu, il-kantant instab mill-mara tiegħu stess mitluq ma’ l-art ħdejn magna tad-treadmill. Minkejja l-fatt li ambulanza waslet fuq il-post, Hayes kien laħaq miet.
Kelliem għal Hayes, li kien għad kellu 65 sena, sostna li s’issa mhuwiex qed jiġi maħsub li l-mewta tiegħu hija aċċidentali. Minn naħa l-oħra, għadu qed jiġi mistenni r-rapport uffiċjali mill-isptar.
Hayes jibqa’ imfakkar għall-karriera li kellu, fosthom għall-premju Grammy Award u Oscar li kien rebaħ għad-diska li kien għamel għal film ‘Shaft’. Hayes jibqa’ imfakkar ukoll għal parti li kellu fil-cartoon Southpark, fejn kien jagħmel il-leħen tal-karattru ta’ Chef.
11820088546isaac_hayes.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Żwieġ imminenti għall-mudella Kate Moss

aħbarijietdotcom
12 t' Awwissu, 2008 09:01 CET Skond rapporti li qed jdhru fuq il-midja internazzjonali, il-mudella ta’ fama internazzjonali Kate Moss ħa tiżżewweġ lil mużiċista Jamie Hince sa l-aħħar tas-sena. Dan ġie żvelat wara li allegatament il-mudella qalet lil sħabha bil-pjanijiet tagħha waqt li kienet Ibiza magħhom.
Skond sors qrib ta’ Kate li tkellem mal-gazzetta Ingliżi The Sunday Mirror, il-koppja għandhom jiżżewġu f’Diċembru u x’aktarx iċ-ċerimonja ħa tkun l-Irlanda.
Apparentament il-koppja għall-ewwel kienu ħa jiżżewġu f’Settembru, iżda wara numru ta’ tilwin huma kienu telqu lil xulxin għal ftit taż-żmien u b’hekk il-pjanijiet kollha kienu sfaxxaw.
128200885947kate_moss.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-qattiel ta’ John Lennon miċħud milli jiġi rrilaxxat kmieni

aħbarijietdotcom
13 t' Awwissu, 2008 11:41 CET Mark David Chapman, ir-raġel li qatel l-artist John Lennon, ġie miċħud milli jiġi rrilaxxat kmieni minkejja l-fatt li l-kondotta tiegħu hija waħda tajba fil-ħabs.
Chapman li ilu jinżamm għal dawn l-aħħar 28 sena fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Attica f’New York, ġie miċħud milli jiġi rrilaxxat mill-ħabs. Ta’ min jgħid li minn mindu seta’ japplika biex joħroġ, sewwasew mis-sena 2000, l-mara ta’ John Lennon Oko Ono dejjem applikat sabiex huwa ma jiġiex irrilaxxat.
Hija dejjem qalet li jekk Chapman jiġi rrilaxxat hi flimkien mal-familja tagħha ma tħossiex tajba. Apparti minn hekk, hija qalet li Chapman inniffsu ikun qiegħed f’periklu barra minħabba l-ammont ta’ nies li saru jobogħduh.
John Lennon kien ġie maqtul fit-8 ta’ Diċembru ta’ l-1980 fi New York City.
1382008114057john_lennon.jpg
 
Top