L-aktar April sħun u bix-xita fi 30 sena
2 ta' Mejju, 2011 14:15 CET April li għadda kien l-aktar April sħun fit-30 sena bejn l-1961 u l-1990, b'temperatura medja li tlaħħaq is-16.4 grad celsuis. Dan jirriżulta minn stqarrija tal-MIA li fiha intqal li l-aktar ġurnata sħuna f'April li għadda kienet l-10 tax-xahar **** t-temperatura laħqet it-23.8 grad. Kien fl-1985 li f'Malta kienet reġistrata l-ogħla temperatura għal April **** fid-9 tax-xahar din laħqet it-30.7 grad celsuis.
L-aktar temperatura baxxa f'April li għadda kienet reġistrata fil-21 tax-xahar **** din niżlet għal 10 gradi Celsius. Jirriżulta li l-aktar April kiesaħ kien reġistrat fl-10 ta' April 1956 **** t-temperatura niżlet 4.4 gradi celsius.
Ix-xahar li għadda kienet reġistrata wkoll total ta' 28.8 mm ta' xita li hi aktar mill-medja ta' 22.5 mm xita għal April. L-MIA qal li x-xahar li għadda kienet reġistrata qawwa medja ta' 8.7 mil nawtiku li hu inqas mill-medja ta' 10.3 mil nawtiku stabbilit.
Dwar it-temperatura tal-baħar, l-MIA qal li t-temperatura medja x-xahar li għadda kienet ta' 16.8 grad fil-mija li kienet aktar mit-temperatura medja għal April 1978. Jirriżulta li April li għadda kien wieħed li fih kien hemm xemx aktara min-normal fejn jirriżulta li l-medja kienet 8.5 siegħat ta' xemx. L-aktar ġurnata ta' xemx kienet is-17 ta' April bi 12.1 siegħat waaqt li l-aktra ġurnata mdallma kienet it-30 ta' April li fiha ma kienx hemm xemx qawwija.
Kien hemm ukoll żewġ ġranet b'maltempati f'April li għadda. Dawn kienu l-24 u l-25 tax-xahar. Dan kien aktar mill-medja għal April sa mill-1951. F'April li għadda kien reġistrat ukoll ċpar fit-3, fl-10 u fil-11 tax-xahar, li naqqset il-viżibilta' għal kilometru fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.