Brad Pitt jieħu lil Jolie fl-istess restaurant li kien ħa lil Aniston 8 snin ilu
22 ta' Ġunju, 2011 19:51 CET Min jgħid li Brad Pitt huwa l-aktar raġel sexy f'wiċċ id-dinja, l-aktar romantiku, l-aktar umli fost l-atturi, iżda li l-oriġinalita' tiegħu fejn tidħol romantiċita', hija kemm xejn fjakka qatt ma kienet instemgħat qabel.
Bħalilssa gżiritna qed tospita lil dan l-attur, flimkien mas-sieħba tiegħu Angelina Jolie, u erħilha għall-medja internazzjonali tispekula u xxammem wara kull pass ta' dawn it-tnejn. U hekk hu, ikla bejn dawn it-tnejn sabet ruħha fuq il-faċċati ta' quddiem tal-magazine ta' dawn l-aġenziji. Minkejja l-ikla romantika bejn dawn it-tnejn, madanakollu, ir-ristorant partikolari li għazel Pitt seraq ix-xena.
Dan hekk kif dan ir-ristorant ra xena simili kważi 8 snin ilu, propju fl-2003 waqt li Brad Pitt kien f'Malta għal ġbid tal-blockbuster 'Troy'.
Madanakollu, dakinhar kien mal-eks mara tiegħu, l-attriċi Jennifer Aniston, magħrufa b'mod partikori għal karattru ta' Rachel Green fis-sitcom friends.
Biex tgħaxxaq kollox minbarra li għażel l-istess ristorant, f'sensiela ta' ritratti jidher li saħansitra, b'fortuna jew sfortuna għalih, il-mejda li għazel insertatlu fl-istess post u ordnaw menu abbażi ta' fenek, ħut u laħam, simili ta' dak ta' 8 snin ilu.